21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Murphy vs EUIPO– Nike Innovate (Wristband elettronika)
(Kawża T-90/16) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta wristband elettronika - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002”])
(2017/C 277/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Thomas Murphy (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. Travers, SC, J. Gormley, Barrister, u M. O’Connor, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nike Innovate CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2015 (Każ R 736/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn T. Murphy u Nike Innovate.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Thomas Murphy huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 156, 2.5.2016.