26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2018 – Rheinmetall Waffe Munition vs EUIPO (VANGUARD)
(Kawża T-93/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali VANGUARD - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))
(2018/C 427/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rheinmetall Waffe Munition GmbH (Südheide, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2015 (Każ R 69/2015-2) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tas-sinjal verbali VANGUARD.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Novembru 2015 (Każ R 69/2015-2) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 136, 18.4.2016.
Full & Egal Universal Law Academy