6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2017 – Solenis Technologies vs EUIPO (STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS.)
(Kawża T-96/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS. - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 070/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Solenis Technologies LP (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Sanz Cerralbo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u A. Kusturovic, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 613/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS. bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Solenis Technologies LP hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 156, 2.5.2016.