19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Kasztantowicz vs EUIPO – Gbb Group (GEOTEK)
(Kawża T-97/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GEOTEK - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark - Tardività - Regola 61(2) u (3) u Regola 65(1) tar-Regolament Nru 2868/95 - Notifika tat-terminu mogħti lid-detentur permezz ta’ fax - Assenza ta’ fatti li jistgħu jikkontestaw ir-rapport ta’ trażmissjoni pprovdut mill-EUIPO - Artikolu 78 tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 57 tar-Regolament Nru 2868/95 - Talba għas-smiegħ ta’ xhieda - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-EUIPO”])
(2017/C 195/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Martin Kasztantowicz (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Ronneburger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u A. Söder, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gbb Group Ltd (Letchworth, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 3025/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Gbb Group u M. Kasztantowicz.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Martin Kasztantowicz huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016