6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — L-Italja et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-98/16, T-196/16 u T-198/16) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Intervent ta’ konsorzju rregolat mid-dritt privat bejn banek favur wieħed mill-membri tiegħu - Awtorizzazzjoni tal-intervent mill-Bank Ċentrali tal-Istat Membru - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ għajnuna - Imputabbiltà lill-Istat - Riżorsi ta’ Stat”)
(2019/C 155/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti fil-Kawża T-98/16: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino u P. Gentili, avvocati dello Stato)
Rikorrenti fil-Kawża T-196/16: Banca Popolare di Bari SCpA, li kienet Tercas-Cassa di risparmio della provincia di Teramo SpA. (Banca Tercas SpA), (Teramo, l-Italja) (rappreżentanti: A. Santa Maria, M. Crisostomo, E. Gambaro u F. Mazzocchi, avukati)
Rikorrenti fil-Kawża T-198/16: Fondo interbancario di tutela dei depositi (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Scassellati Sforzolini u G. Faella, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Stancanelli, L. Flynn, A. Bouchagiar u D. Recchia, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-198/16: Banca d’Italia (rappreżentanti: M. Perassi, O. Capolino, M. Marcucci u M. Todino, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta’ Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas (Il-każ SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN)) (ĠU 2016, L 203, p. 1).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta’ Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas (Il-każ SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN)), hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016.
Full & Egal Universal Law Academy