30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2017 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Weetabix (Alpenschmaus)
(Kawża T-103/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Alpenschmaus - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ALPEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 369/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn E. Strittmatter u A. Folliard-Monguiral, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Weetabix Ltd (Kettering, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Finger u T. Farkas, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Jannar 2014 (Każ R 662/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weetabix u Aldi Einkauf.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
(1) ĠU C 156, 02.05.2016.