24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Puma vs EUIPO (FOREVER FASTER)
(Kawża T-104/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FOREVER FASTER - Trade mark ikkostitwita minn slogans ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”])
(2017/C 129/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti H. O’Neill u K. Sidat Humphreys, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2016 (Kawża R 7702015-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali FOREVER FASTER.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 10.5.2016.