19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Philip Morris Brands vs EUIPO – Explosal (Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel)
(Kawża T-105/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Marlboro - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”))
(2018/C 104/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Philip Morris Brands Sàrl (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u M. Simandlova, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Explosal Ltd (Larnaca, iċ-Ċipru) (rappreżentant: D. McFarland, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2775/2014-1), dwar proċedimernti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Philip Morris u Explosal.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2775/2014-1) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO u Explosal Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti minn Philip Morris Brands Sàrl.
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy