10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Airhole Facemasks vs EUIPO – sindustrysurf (AIR HOLE FACE MASKS YOU IDIOT)
(Kawża T-107/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AIR HOLE FACE MASKS YOU IDIOT - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Setgħa ta’ bidla”))
(2017/C 221/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Airhole Facemasks, Inc. (Vancouver, il-Kanada) (rappreżentanti: S. Barker, solicitor, u A. Michaels, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: sindustrysurf, SL (Trapagaran, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2547/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Airhole Facemasks u sindustrysurf
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2547/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Airhole Facemasks, Inc. u sindustrysurf, SL, għandha tiġi annullata u mibdula fis-sens li r-rikors ippreżentat quddiem l-EUIPO minn sindustrysurf kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-30 ta’ Lulju 2014 huwa miċħud.
2)
Airhole Facemasks u l-EUIPO għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.
3)
Sindustrysurf hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Airhole Facemasks quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.