Kawża T-111/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2018 – Prada vs EUIPO – The Rich Prada International (THE RICH PRADA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE RICH PRADA — Trade marks verbali u figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali PRADA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Ħsara għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni”)
C2492018MT2110120180605MT0025211211
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2018 – Prada vs EUIPO – The Rich Prada International (THE RICH PRADA)
(Kawża T-111/16) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE RICH PRADA — Trade marks verbali u figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali PRADA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Ħsara għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni”)”2018/C 249/25Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Prada SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Rich Prada International PT (Surabaya, l-Indoneżja) (rappreżentant: Y. Zhou, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Jannar 2016 (Każijiet magħquda R 3076/2014-2 u R 3186/2014-2), kif irrettifikata fl-14 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Prada u The Rich Prada International.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Prada SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 175, 17.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy