12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 30 ta’ Jannar 2018 – Arctic Cat vs EUIPO – Slazengers (Rappreżentazzjoni ta’ felin li qiegħed jaqbeż lejn il-lemin)
(Kawża T-113/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjon Ewropea - Proċedimenti ta’oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta felin li qiegħed jaqbeż lejn il-lemin - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta felin li qiegħed jaqbeż lejn ix-xelug - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2018/C 094/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arctic Cat, Inc. (Thief River Falls, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hartmann u S. Fröhlich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Slazengers Ltd (Burnham, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2953/2014-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Slazengers u Arctic Cat.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arctic Cat, Inc. hija kkundannata, kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.