5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Delfin Wellness vs EUIPO – Laher (Kabini infra-ħomor u sawni)
(Kawża T-114/16) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw kabini infra-ħomor u sawni - Disinni preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ novità - Artikolu 5 u Artikolu 25(1)(b)) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Żvelar ta’ disinni preċedenti qabel id-data ta’ prijorità - Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 6/2002 - Dritt għal smigħ - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 6/2002”))
(2018/C 042/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Delfin Wellness GmbH (Leonding, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Riedler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sabine Laher (Weyer, l-Awstrija) (rappreżentant: P. Pfeil, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra tliet deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każijiet R 849/2014-3, R 850/2015-3, 2014-3 u R 851/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Delfin Wellness u S. Laher.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Delfin Wellness GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Sabine Laher għall-finijiet tat-tliet proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 165, 10.5.2016.