29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington)
(Kawża T-120/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Burlington - Trade marks verbali nazzjonali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali BURLINGTON ARCADE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li s-sinjifikat tiegħu ma huwiex biss lokali - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))
(2018/C 032/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (Saint-Hélier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 (Każ R 94/2014–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tulliallan Burlington u Burlington Fashion.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tulliallan Burlington Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.