29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-125/16) (1)
((“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ banana li toriġina mill-Ekwador - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni - Deċiżjoni adottata wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Terminu raġonevoli”))
(2018/C 032/34)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Firma Léon Van Parys NV (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren, R. Verbeke u J. Auwerx,)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.-R. Killmann u E. Manhaeve,)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 95 finali, tal-20 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li huwa ġġustifikat li jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni u li l-maħfra tad-dazji hija ġġustifkata fir-rigward ta’ debitur, iżda li din hija ġġustifkata għal parti biss fir-rigward ta’ debitur ieħor f’każ partikolari u ma hijiex iġġustifikata għal parti oħra fir-rigward ta’ dan l-istess debitur partikolari, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2858 finali, tas-6 ta’ Mejju 2010, u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi ddikjarat li l-Artikolu 909 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), ipproduċa l-effetti tiegħu fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, EU:T:2013:136).
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 95 finali, tal-20 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li huwa ġġustifikat li jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni u li l-maħfra tad-dazji hija ġġustifkata fir-rigward ta’ debitur, iżda li din hija ġġustifkata għal parti biss fir-rigward ta’ debitur ieħor f’każ partikolari u ma hijiex iġġustifikata għal parti oħra fir-rigward ta’ dan l-istess debitur partikolari, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2858 finali, tas-6 ta’ Mejju 2010, huwa annullat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Firma Léon Van Parys NV.
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.