8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – Claranet Europe vs EUIPO – Claro (claranet)
(Kawża T-129/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea claranet - Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux CLARO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2018/C 005/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Claranet Europe Ltd (St. Helier, Jersey) (rappreżentanti: G. Crown, D. Farnsworth u O. Fairhurst, solicitors, u A. Bryson, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Claro SA (São Paulo, il-Brażil)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 (Każ R 803/2015-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Claro u Claranet Europe.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Claranet Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.