13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2017 – Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ kurvi ħomor oblikwi)
(Kawża T-130/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b)tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu li l-karattru distintiv ta’ trade mark jiġi evalwat b’riferiment għall-perċezzjoni tagħha mill-pubbliku rilevanti”])
(2017/C 078/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Coesia SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, aġent)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Jannar 2016 (Każ R 1933/2015-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-26 ta’ Jannar 2016 (Każ R 1933/2015-2), hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 10.5.2016.