19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – PayPal vs EUIPO – Hub Culture (VENMO)
(Kawża T-132/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VENMO - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 195/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PayPal, Inc. (San José, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Renck, avukat, u I. Junkar, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hub Culture Ltd (Hamilton, Bermuda, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Hill, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jananr 2016 (Każ R 2974/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Paypal u Hub Culture.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal- Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2974/2014-5) hija annullata.
2)
EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn PayPal, Inc.
3)
Hub Culture Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.