23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-140/16) (1)
((“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ fatt - Ugwaljanza fit-trattament))
(2018/C 142/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: inizjalment M. Ceccaldi u J. P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi, fl-aħħar F. Wagner, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 320 026,23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata magħha tal-4 ta’ Frar 2016.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Jean-Marie Le Pen huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy