31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni vs IEM
(Kawża T-141/16) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt FAIR-CT98-9544 konkluż fil-kuntest tar-raba’ programm-qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (1994-1998) - Xoljiment tal-kuntratt - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”))
(2017/C 249/38)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn O. Lytra, avukat)
Konvenuti: IEM – Erga – Erevnes – Meletes perivallontos kai chorotaxias AE (Ateni, il-Greċja)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tikseb il-kundanna ta’ IEM – Erga – Erevnes – Meletes perivallontos kai chorotaxias biex tirrimborsa l-antiċipi mħallsa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt FAIR-CT98-9544, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
IEM – Erga – Erevnes – Meletes perivallontos kai chorotaxias AE hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 75 728,33 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 3 %, b’effett mill-4 ta’ Settembru 2010 sal-ħlas sħiħ.
2)
IEM hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.