20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO – Intesia Group Holding (INTESA)
(Kawża T-143/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTESA - Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament UE 2017/1001] - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark”])
(2017/C 392/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intesia Group Holding GmbH (Böblingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Jochim u R. Egerer, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Jannar 2016 (Każ R 632/2015-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Intesa Sanpaolo u Intesia Group Holding.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Intesa Sanpaolo SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Intesia Group Holding GmbH.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.