18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Mundipharma vs EUIPO – Multipharma (MULTIPHARMA)
(Kawża T-144/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIPHARMA - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea MUNDIPHARMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 437/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mundipharma AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Multipharma SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)(rappreżentanti: P. Goldenbaum u I. Rohr, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2950/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mundipharma u Multipharma.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2950/2014-1) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Mundipharma AG, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Mundipharma AG għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
3)
Multipharma SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.