28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Lulju 2017 – Ecolab USA vs EUIPO (ECOLAB)
(Kawża T-150/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali ECOLAB - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trattament ugwali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 283/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Töbelmann u C. Menebröcker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u K. Doherty, aġenti)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 (Każ R 644/2015-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali ECOLAB.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ecolab USA, Inc. Hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016