30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Grid applications vs EUIPO (APlan)
(Kawża T-154/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APlan - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 030/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Grid applications GmbH (Vjnna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Meyenburg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016 (Każ R 1819/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali APlan bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grid applications GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.