9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2016 – Fedtke vs KESE
(Kawża T-157/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Att purament konfermattiv - Fatti ġodda u sostanzjali - Oneru tal-prova”))
(2017/C 006/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Ingrid Fedtke (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Appellati: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Frar 2016, Fedtke vs KESE (F-107/15, EU:F:2016:15), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Frar 2016, Fedtke vs KESE (F-107/15), huwa annullat.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku differenti minn dik li ddeċidiet dan l-appell.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.