3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Metronia vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE O NADA)
(Kawża T-159/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TRIPLE O NADA - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti TRIPLE BINGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 213/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Metronia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016 (Każ R 2605/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zitro IP u Metronia.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Metronia, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016.