Kawża T-160/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Groningen Seaports et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil sitt portijiet marittimi pubbliċi Olandiżi — Deċiżjoni li tiddikjara s-sistema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”)
C2492018MT2120120180531MT0026212222
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Groningen Seaports et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-160/16) ( 1 )
“(“Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil sitt portijiet marittimi pubbliċi Olandiżi — Deċiżjoni li tiddikjara s-sistema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”)”2018/C 249/26Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Groningen Seaports NV (Delfzijl, il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment E. Pijnacker Hordijk u I. Kieft, sussegwentement A. Kleinhout u C. Zois, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, B. Stromsky u J. -F. Brakeland, sussegwentement S. Noë u B. Stromsky, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: J. Langer u M. Bulterman, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/634 tal-21 ta’ Jannar 2016 dwar il-miżura ta’ għajnuna Nru SA.25338 (2014/C) (ex E 3/2008 u ex CP 115/2004) implimentata min-Netherlands – Eżenzjoni mit-taxxa korporattiva għall-intrapriżi pubbliċi (ĠU 2016, L 113, p. 148).
Dispożittiv
1)
Havenbedrijf Moerdijk NV hija ammessa tieħu post Havenschap Moerdijk bħala rikorrenti.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Groningen Seaports NV u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
( 1 ) ĠU C 200, 6.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy