10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Mejju 2017 – Reisswolf vs EUIPO (secret.service.)
(Kawża T-163/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea secret.service. - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 221/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Reisswolf Akten- u Datenvernichtung GmbH & Co. KG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ebert-Weidenfeller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 Frar 2016 (Każ R 1820/2015-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali secret.service. bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Reisswolf Akten- und Datenvernichtung GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy