10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Panzeri vs Il-Parlament
(Kawża T-166/16) (1)
((“Regolamenti dwar l – ispejjeż u l – allowances tal – Membri tal – Parlament Ewropew - Allowances għall – assistenza parlamentari - Irkupru tas – somom imħallsa indebitament”))
(2017/C 221/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Pier Antonio Panzeri (Calusco d’Adda, l-Italja) (rappreżentant: C. Cerami, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, A. Caiola, G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-11 ta’ Frar 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 83 764,34 u tan-nota ta’ debitu relatata tal-istess jum.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pier Antonio Panzeri huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy