8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Marzu 2017 – Wessel-Werk vs EUIPO – Wolf PVG (komponenti aħħarija ta’ apparat li jiġbed it-trab)
(Kawża T-175/16) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta komponent aħħari ta’ apparat li jiġbed it-trab - Dissin Komunitarju preċedenti - Raġuni għal nullità - Natura individwali - Utent informat - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])
(2017/C 144/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wessel-Werk GmbH (Reichshof, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wolf PVG GmbH & Co. KG (Vlotho, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Künzel, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2016 (Każ R 1725/2014-3), kif irrettifikat, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn Wolf PVG u Wessel-Werk.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Wessel-Werk GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016.