20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Ottubru 2017 – Kofola ČeskoSlovensko vs EUIPO – Mionetto (UGO)
(Kawża T-176/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva UGO - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea il UGO! - Rinunzja parzjali għat-trade mark preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]”])
(2017/C 392/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kofola ČeskoSlovensko a.s. (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mionetto SpA (Valdobbiadene, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Frar 2016 (Każ R 2707/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mionetto u Kofola ČeskoSlovensko.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
Kofola ČeskoSlovensko a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 222, 20.6.2016.