22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Policolor vs EUIPO – CWS Lackfabrik Conrad W. Schmidt (Policolor)
(Kawża T-178/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat – trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea Policolor - Trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea preċedenti ProfiColor - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 161/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Policolor SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Comanescu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: CWS Lackfabrik Conrad W. Schmidt GmbH & Co. KG (Düren-Merken, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Jannar 2016 (Każ R 346/2015-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CWS Lackfabrik Conrad W. Schmidt u Policolor.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Policolor SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016.