9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER DUO)
(Kawża T-182/16 RENV) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER DUO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
(2019/C 305/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2916/2014-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 222, 20.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy