27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2017 – NRJ Group vs EUIPO – Sky International (SKY ENERGY)
(Kawża T-184/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SKY ENERGY - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NRJ - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 402/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NRJ Group (Boileau, Franza) (rappreżentant: M. Antoine-Lalance, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky International AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Barry, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-5 ta’ Frar 2016 (Każ R 3137/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NRJ Group u Sky International.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
NRJ Group huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.