28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – Migros-Genossenschafts-Bund vs EUIPO – Luigi Lavazza (CReMESPRESSO)
(Kawża T-189/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CReMESPRESSO - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti CREMESSO - Element allużiv - Interdipendenza tal-kriterji - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 283/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Migros-Genossenschafts-Bund (Zürich, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Treis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u I. Moisescu, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Luigi Lavazza SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: M. Ricolfi u F. Tarocco, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2823/2014-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Migros-Genossenschafts-Bund u Luigi Lavazza.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2823/2014-4) hija annullata, sa fejn il-Bord tal-Appell laqa’ r-rikors ta’ Luigi Lavazza SpA u parzjalment annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni f’dak li jikkonċerna l-prodotti segwenti: “Magni elettriċi għat-tkissir tas-silġ” u “Magni għat-tħejjija tal-ġelat, magni għat-tħejjija tas-sorbets, kif ukoll magni għat-tħejjija tal-kafè”, fil-klassijiet 7 u 11, koperti mit-trade mark ikkontestata.
2)
L-EUIPO u Luigi Lavazza għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti minn Migros-Genossenschafts-Bund
(1) ĠU C 232, 27.6.2016