Kawża T-190/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Azarov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għall-proprjetà — Dritt għal-libertà ta’ intrapriża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)
C2002018MT3110120180426MT0038311322
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-190/16) ( 1 )
“(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għall-proprjetà — Dritt għal-libertà ta’ intrapriża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)”2018/C 200/38Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 222, 20.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy