28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Lulju 2017 – Klassisk investment vs EUIPO (CLASSIC FINE FOODS)
(Kawża T-194/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva CLASSIC FINE FOODS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 283/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Klassisk investment Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Jannar 2016 (Każ R 1970/2015-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva CLASSIC FINE FOODS.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Klassisk investment Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 222, 20.6.2016