19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Gfi PSF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-200/16) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet - Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent - Offerta rċevuta diġà miftuħa - Artikolu 111(4)(b) tar-Regolament Finanzjarju”))
(2017/C 195/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gfi PSF Sàrl (Leudelange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tat-2 u tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP) li jiċħdu l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet ta’ dan l-uffiċċju (ĠU 2015/S 251-459901) kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni konfermattiva tal-OP tat-22 ta’ April 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gfi PSF Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 222, 20.6.2016.