Kawża T-205/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni (“Fondi ta’ Koeżjoni — Infiq eskluż mill-finanzjament — Assistenza teknika għall-ġestjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni fil-Litwanja — VAT — Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja”)
C2312018MT2110120180517MT0024211211
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-205/16) ( 1 )
“(“Fondi ta’ Koeżjoni — Infiq eskluż mill-finanzjament — Assistenza teknika għall-ġestjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni fil-Litwanja — VAT — Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja”)”2018/C 231/24Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė u D. Stepanienė, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u J. Jokubauskaitė,)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 969 final, tat-23 ta’ Frar 2016, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna fil-kuntest tal-Fondi ta’ Koeżjoni favur il-proġett “Assistenza teknika għall-ġesjoni tal-Fondi ta’ Koeżjoni fir-Repubblika tal-Litwanja”, sa fejn tipprevedi t-tnaqqis tal-għajnuna b’ammont ta’ EUR 137864,61, li jikkorrispondi għall-ispejjeż tal-VAT.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 969 final, tat-23 ta’ Frar 2016, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna fil-kuntest tal-Fondi ta’ Koeżjoni favur il-proġett “Assistenza teknika għall-ġesjoni tal-Fondi ta’ Koeżjoni fir-Repubblika tal-Litwanja”, hija annullata sa fejn tipprevedi t-tnaqqis tal-għajnuna b’ammont ta’ EUR 137864,61, li jikkorrispondi għall-ispejjeż tal-VAT.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-Repubblika tal-Litwanja.
( 1 ) ĠU C 251, 11.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy