19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Ranocchia vs ERCEA
(Kawża T-208/16) (1)
([“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2015 - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) - Orizzont 2020 - Deċiżjoni tal-ERCEA li tiddikjara li l-proposta ppreżentata mir-rikorrent ma hijiex eliġibbli - Proġett dwar l-identifikazzjoni tal-algoritmi matematiċi li jiffaċilitaw il-qari u l-analiżi ta’ ċerti manuskritti antiki - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ fatt - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])
(2018/C 104/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Graziano Ranocchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: C. Intino, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (rappreżentanti: inizjalment M. E. Chacon Mohedano, R. Maggio Panizza u L. Moreau, sussegwentement E. Chacon Mohedano, R. Maggio Panizza u F. Sgritta, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-ERCEA Ares(2016) 1020667 tas 26 ta’ Frar 2016 li ċaħdet it-talba tar-rikorrent għar-reviżjoni tad-deċiżjoni li rrifjutat is-sussidju tal-proposta ta’ riċerka Nru 682937, intitolata “PHercSchools2 – The Hellenistic Philosophical Schools in the Herculaneum Papyri”, it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-ERCEA Ares(2015) 5922529 tas 17 ta’ Diċembru 2015 li rrifjutat is-sussidju ta’ din il-proposta ta’ riċerka u, it-tielet nett, ta’ kull att preliminari u konsekuttiv għal dawn l-atti u konness magħhom, b’mod partikolari l-lista tal-proġetti approvati għall-programm ta’ sussidju “ERC-Consolidator Grant”, magħmula pubblika permezz tal-istqarrija għall-istampa tal-ERCEA tat-12 ta’ Frar 2016.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Graziano Ranocchia huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 4.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy