15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2017 – Apax Partners UK vs EUIPO – Apax Partners Midmarket (APAX PARTNERS)
(Kawża T-209/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APAX PARTNERS - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti APAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 151/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apax Partners UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Rose u J. Warner, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apax Partners Midmarket (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Joly, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Frar 2016 (Każ R 1611/2014-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Apax Partners Midmarket u Apax Partners UK.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Apax Partners UK Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Apax Partners Midmarket, għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.