19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FRee STyLe)
(Kawża T-212/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FRee STyLe - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001) - Ugwaljanza fit-trattament”])
(2018/C 104/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (Obergriesbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Warnke, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2016 (Każ R 377/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elho Business & Sport u El Corte Inglés.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 4.7.2016.