19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Diċembru 2017 – El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FREE STYLE)
(Kawża T-213/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Marque FREE STYLE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2018/C 104/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (Obergriesbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Warnke, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Frar 2016 (Każ R 378/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elho Business & Sport u El Corte Inglés.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
El Corte Inglés, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 4.7.2016.