28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2017 – Sata vs EUIPO (4600)
(Kawża T-214/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Sinjal esklużivament ikkostitwit minn ċifri - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 4600 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 283/62)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 (Każ R 1942/2015-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali 4600 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sata GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.