15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2017 – Cop vs EUIPO – Conexa (AMPHIBIAN)
(Kawża T-215/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva AMPHIBIAN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 151/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Cop Vertriebs-GmbH (Aresing, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hofmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Conexa LLC (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1984/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cop u Conexa.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Cop Vertriebs-GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016.