10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Mühlbauer Technology vs EUIPO (Magicrown)
(Kawża T-218/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Magicrown - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”))
(2017/C 221/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mühlbauer Technology GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1213/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Magicrown bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mühlbauer Technology GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy