22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Aldi vs EUIPO (ViSAGE)
(Kawża T-219/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ViSAGE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 161/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2016 (Każ R 507/2015-5) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ViSAGE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 232, 27.06.2016.