6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 12 ta’ Marzu 2019 — Perry Ellis International Group vs EUIPO (PRO PLAYER)
(Kawża T-220/16) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRO PLAYER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))
(2019/C 155/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perry Ellis International Group Holdings Ltd (Nassaw, il-Baħamas) (rappreżentanti: O. Günzel u C. Tenkhoff, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u K. Markakis, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 (Każ R 1091/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PRO PLAYER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Perry Ellis International Group Holdings Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy