16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Hansen Medical vs EUIPO – Covidien (MAGELLAN)
(Kawża T-222/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAGELLAN - Użu serju - Oneru tal-prova - Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18 u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] - Irregolarità proċedurali mwettqa mid-diviżjoni tal-kanċellazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 2017/1001] - Proċedura orali - Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 96 tar-Regolament Nru 2017/1001]”))
(2018/C 134/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hansen Medical, Inc. (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger u T. Wittmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Covidien AG (Neuhausen am Rheinfall, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Ingerl u D. Wiedemann, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2016 (Każijiet R 3092/2014-2 u R 3118/2014-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Hansen Medical u Covidien.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hansen Medical, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 25.07.2016.
Full & Egal Universal Law Academy