28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2017 – Massive Bionics vs EUIPO – Apple (DriCloud)
(Kawża T-223/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva DriCloud - Trade marks internazzjonali verbali preċedenti ICLOUD - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Tressiq ta’ provi wara l-iskadenza tat-terminu - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2017/C 283/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Massive Bionics, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Galindo Martens, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Olsen, P. Andreottola, solicitors, u G. Tritton, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 (Każ R 339/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple u Massive Bionics.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Massive Bionics, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016.