19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Mejju 2017 – Messe Friedrichshafen vs EUIPO – El Corte Inglés (Out Door)
(Kawża T-224/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Out Door - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti OUTDOOR PRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 195/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Messe Friedrichshafen GmbH (Friedrichshafen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Schulte Hemming, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Frar 2016 (Każ R 2302/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés u Messe Friedrichshafen.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Messe Friedrichshafen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.